Il-Foundation/Eurofound tinsab 16km south miċ-ċentru tal-belt, kilometru 'ġewwa mill-kosta fit-Triq Wyattville, Loughlinstown. L-ajruport ta' Dublin jinsab 12km lejn it-tramuntana miċ-ċentru tal-belt.
Jekk tasal bil-karozza
Mill-ajruport ta' Dublin
Suq fuq l-awtostrada M50 (segwi s-sinjali mmarkati mill-ħruġ tal-ajruport) lejn in-nofsinhar fid-direzzjoni ta' Wicklow/Wexford. Oħroġ mill-awtostrada mill-ħruġ 16 (Cherrywood/ Loughlinstown/ Ballybrack). Suq dritt minn fejn ir-rawndebawt u ibqa' sejjer fejn tgħaddi minn żewġ settijiet ta' dwal tat-traffiku, filwaqt li taqsam minn fuq l-awtostrada biex tasal Triq Wyattville. Suq mis-sett li jmiss ta' dwal tat-traffiku u meta tasal fid-dwal li jmiss agħmel U-turn, biex b'hekk tkun qed issuq fid-direzzjoni lura fit-Triq Wyattville bil-kontra. Ipprepara biex tieqaf ftit qabel fejn it-toroq jiltaqgħu (150 m) u dur fuq ix-xellug fid-daħla prinċipali tal-Eurofound (fejn hemm il-kolonni tal-ġebel). Ara l-mappa [ 29 kb].
Miċ-ċentru ta' Dublin
L-aqwa rotta hija dik mit-triq prinċipali N11, fejn tgħaddi minn Donnybrook, Stillorgan u Foxrock (fid-direzzjoni ta' Bray). Dur fuq ix-xellug fejn jiltaqgħu t-toroq prinċipali mmarkata Ballybrack/Killiney/Dalkey. Issa qiegħed fit-Triq Wyattville. Suq mill-ewwel sett ta' dwal tat-traffiku u meta tasal fit-tieni sett ta' dwal agħmel U-turn, biex b'hekk tkun nieżel fid-direzzjoni lura fit-Triq Wyattville bil-kontra. Ipprepara biex tieqaf ftit qabel fejn it-toroq jiltaqgħu (150 m) u dur fuq ix-xellug fid-daħla prinċipali tal-Eurofound (fejn hemm il-kolonni tal-ġebel). Ara l-mappa [ 29 kb].
Jekk tasal b'taksi
Tista' ssib taksi fl-ajruport ta' Dublin u jew tmur direttament l-Eurofound, jew lejn iċ-ċentru (fejn ikollok l-għażla li tibqa' sejjer l-Eurofound bit-trasport pubbliku). It-tariffa biex tmur mill-ajruport għall-Eurofound hija madwar €50; mill-ajruport għaċ-ċentru madwar €35. Ara l-mappa [ 29 kb].
Jekk tasal bit-trasport pubbliku
Aircoach
Hemm konnessjoni ta' karozza tal-linja diretta mill-Ajruport ta' Dublin għall-Eurofound: Aircoach (magħrufa bħala l-‘karozza tal-linja blu’) li ssuq bejn l-ajruport ta' Dublin u Greystones. It-tariffa tal-Aircoach hija ta' €8 għal persuna l'hemm biss u €14 għaż-żewġ vjaġġi. Għandek tieqaf Loughlinstown Flyover biex tasal l-Eurofound. Meta tinżel mill-karozza tal-linja kemm timxi 100 metru lura lejn il-kanċell tagħna. Ara r-rotta tal-Aircoach [pdf, 410kb].
Hemm ukoll Aircoaches li jmorru lejn iċ-ċentru u destinazzjonijiet oħra fin-nofsinhar bħal Jury’s Hotel (fit-Triq Pembroke) u Stillorgan Park Hotel, minn fejn tista' tieħu taksi biex tkompli bil-vjaġġ tiegħek lejn l-Eurofound. Tista' wkoll taqbad il-karozzi tal-linja li ġejjin: nru 7 (immarkata 'Loughlinstown'), numri 45, 84 u 145 minn barra Jury’s Hotel u n-numri 84 u 145 minn barra Stillorgan Park Hotel.
Karozzi tal-linja
Il-karozzi tal-linja li ġejjin immexxija minn Dublin Bus iwassluk direttament l-Eurofound f'Loughlinstown miċ-ċentru: nru 7 (immarkata 'Loughlinstown') u nru 145 min-Nassau Street, u nru 84x minn Eden Quay. Tista' tuża wkoll DART (ara taħt ‘ferroviji’) lejn Dun Laoghaire, u taqbad il-karozza tal-linja nru 111 barra t-Teatru Pavilion fit-Triq Marine (maġenb l-istazzjoni DART).
LUAS
Meta tkun ġej miċ-ċentru tal-belt bil-Luas Green Line (light rail)
- It-terminus qiegħed faċċata ta' Stephen's Green Shopping Centre
- It-traġitt jieħu madwar 35-40 minuta.
- Ikun hemm trasport kull 5-10 minuti
- Biljett bir-ritorn iqum 5 euro u jdum validu l-jum kollu (korrett sas-6/12/2010)
- Inżel Cherrywood (il-waqfa ta' qabel tal-aħħar)
- Madwar kwarta mixi mill-waqfa sal-Eurofound
Direzzjonijiet: Meta tinżel mit-tramm fl-istazzjon ta' Cherrywood, segwi l-passaġġ li jinżel 'l isfel (l-unika ħruġ li hemm f'din il-waqfa). Meta tasal fit-triq (Valley Drive), dur fuq lemin u ibqa' miexi sakemm tasal f'rawndebawt. Duq fuq ix-xellug u ibqa' sejjer sakemm tasal f'salib it-toroq fejn hemm ħafna sinjali. Aqsam għan-naħa l-oħra u ibqa' sejjer fl-istess direzzjoni sakemm tasal fuq post (il-pont N11). Ibqa' miexi fuq il-pont u meta tasal fl-aħħar tal-pont, tara d-daħla tal-Eurofound (fil-kantuniera). Aqsam it-triq, iżda oqgħod attent mit-traffiku li jiġi mid-direzzjonijiet kollha.http://www.luas.ie/
Ferroviji
Tista' taqbad il-ferrovija suburban ta' Dublin (magħrufa bħala DART) miċ-ċentru għall-istazzjoni Killiney fil-kosta fin-naħa tax-xlokk, mixja ta' 27 minuta lejn l-Eurofound [Google maps]. Il-ferroviji jitilqu minn kwalunkwe mill-istazzjonijiet taċ-ċentru – Connolly, Tara Street, jew Pearse Street – madwar kull kwarta. Kun af li ma hemm l-ebda servizz ta' taksi mill-istazzjoni Killiney. Ara r-rotta [ 56 kb].
Kiri ta' karozza
Hemm diversi kumpaniji tal-karozzi tal-kiri fis-sala tal-wasla fl-ajruport ta' Dublin u tista' tibbukkja wkoll il-karozza tal-kiri minn fuq l-internet minn qabel.