Skip to main content

Rapporti skont il-ħtieġa

Is-servizz ta' rapport skont il-ħtieġa jinvolvi l-kunsinna ta' dokumenti okkażjonali fuq talba lill-partijiet interessati dwar temi magħżulin. Inbeda fl-aħħar tal-2006 u ilu operattiv bi sħiħ mill-bidu tal-2007.

Xi temi li ġew koperti sal-lum jinkludu l-flessigurtà, il-parteċipazzjoni finanzjarja u s-salarji minimi fl-Ewropa - għal lista iktar kompluta ara l-kolonna fuq in-naħa tal-lemin. Ir-rapporti huma bbażati jew fuq analiżi oriġinali ta' sorsi ta' dejta eżistenti tal-Eurofound (eż. settijiet ta' dejta ta' stħarriġ), jew sommarji ta' riċerka preċedenti tal-Eurofound f'qasam determinat.

Għanijiet ewlenin tas-servizz il-ġdid huma li jiżgura l-ħeffa, il-flessibbiltà u l-kwalità tal-kunsinna ta' informazzjoni skont il-ħtieġa sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-partijiet interessati tal-Eurofound. Is-servizz jiddependi fuq dejta eżistenti - ma jistax jingħata għal temi fejn ikun hemm bżonn li ssir riċerka ġdida.

Talbiet jintlaqgħu minn organizzazzjonijiet imsieħba soċjali fuq livelli Ewropej u nazzjonali, gvernijiet tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE. Se jintuża approċċ selettiv ibbażat fuq ir-rilevanza u l-importanza tal-politika fit-talbiet u r-riżorsi disponibbli.

Aktar tagħrif

Disclaimer

When freely submitting your request, you are consenting Eurofound in handling your personal data to reply to you. Your request will be handled in accordance with the provisions of Regulation (EU) 2018/1725 of the European Parliament and of the Council of 23 October 2018 on the protection of natural persons with regard to the processing of personal data by the Union institutions, bodies, offices and agencies and on the free movement of such data. More information, please read the Data Protection Notice.